Saturday, September 14, 2024

Liverpool ħerqana li jakkwistaw lill-midfielder ta’ Barcelona, Gavi

Aqra wkoll

Liverpool huma ħerqana li jġibu lill-midfielder ta’ Barcelona, Gavi, f’Anfield.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena sar l-iżgħar player li qatt lagħab ma’ Spanja meta ddebutta għal La Roja kontra l-Italja fil-UEFA Nations League nhar l-Erbgħa filgħaxija.

Gavi deher f’seba’ okkażjonijiet għal Barcelona matul l-istaġun 2021-22, iżda l-ftehim kurrenti taż-żagħżugħ fil-Camp Nou għandu jiskadi f’Ġunju 2023, li jfisser li l-futur tiegħu mhuwiex sikur.

Liverpool huma ammiraturi kbar tal-Ispanjol u huma lesti biex jesploraw il-possibbiltà li jagħmlu offerta għalih matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Barcelona qed jippruvaw jiffirmaw liż-żagħżugħ bi ftehim ġdid, iżda l-problemi finanzjarji tal-club jistgħu jkunu ta’ xkiel għalihom biex iżommuh.

Gavi, li huwa maħsub li għandu klawsola ta’ release ta’ €50m inkluża fil-ftehim attwali tiegħu, lagħab kontra Bayern Munich u Benfica fiċ-Champions League f’dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport