Liverpool għadhom kif ħabbru li l-midfielder ta’ Fulham, Fabio Carvalho, se jingħaqad magħhom fl-1 ta’ Lulju b’mod uffiċjali.
Ir-Reds ħallsu £5 miljun għal dan il-player ta’ 19-il sena liema spiża tista’ titla’ għal £7.5 miljuni.
Imwieled fil-Portugall, Carvalho rrappreżenta lill-Youths tal-Ingilterra iżda issa għażel li jilgħab mat-team nazzjonali tal-Portugall.
Il-ħsieb oriġinali kien li Liverpool isellfu lil dan il-player fl-istaġun li ġej iżda issa l-coach, Jurgen Klopp, iridu mal-iskwadra minħabba l-versitalitá tiegħu u qed jarah bħala element importanti fit-team.