Saturday, September 14, 2024

Liverpool interessati fl-akkwist ta’ Lautaro Martinez

Aqra wkoll

Liverpool huma interessati fl-akkwist tal-attakkant ta’ Inter, Lautaro Martinez, dan is-sajf.

Il player ta’ 24 sena għamel id-differenza għan-Nerazzurri minn meta ngħaqad mal-club fl-2018, fejn skorja 61 goal u pprovda 22 assist f’165 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, Inter se jkunu jeħtieġu li jiġġeneraw fondi mill-bejgħ tal-players jekk jixtiequ jiffirmaw il-miri tas-sajf Davide Frattesi u Gianluca Scamacca mingħand Sassuolo kif ukoll Bremer mingħand Torino.

Huwa mifhum li inter jistgħu jkunu mġiegħla jakkwistaw flus kontanti mill-bejgħ potenzjali ta’ Martinez, wieħed mill-aktar players prezzjużi tagħhom, b’Liverpool huma interessati fil-attakkant b’valur ta’ €90m.

Martinez ġie marbut sew ma’ mossa għall-Premier League, b’Arsenal, Chelsea, Manchester City u Tottenham Hotspur ukoll qed iżammu ħarsithom fuq l-interneazzjonali Arġentin.

L-ex player ta’ Racing Club fl-Arġentina jinsab taħt kuntratt f’San Siro sas-sajf tal-2026.

Ekonomija

Sport