Saturday, September 14, 2024

Liverpool interessati f’Raphinha

Aqra wkoll

L-aġent ta’ Raphinha, Deco, żvela li Liverpool huma interessati fl-attakkant ta’ Leeds United.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li ssejjaħ fl-aħħar skwadra tal-Brażil, impressjona għall-Whites minn meta ngħaqad magħhom f’Ottubru 2020, fejn skorja disa’ goals u rreġistra disa’ assists fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Liverpool u Manchester United kienu t-tnejn marbuta mas-Sud Amerikan matul is-sajf, u l-ex midfielder ta’ Barcelona u Chelsea, Deco, li jirrappreżenta lil Raphinha, qal li t-team ta’ Jurgen Klopp qed iżomm ħarstu fuqu.

“Ċertament hemm ħafna clubs interessati fih,” qal Deco. “Liverpool huma interessati fih u kien hemm xi approċċi, imma xejn uffiċjali. Leeds riedu jżommuh għal staġun ieħor.

“Raphinha huwa kuntent ma’ Leeds, iżda ċertament jasal żmien meta jrid jieħu deċiżjoni fil-karriera tiegħu u jkompli javvanza. Huwa fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu, imma m’hemm xejn fih li jiddikjara kemm għandu jdum jew li jipprevjeni t-trasferiment.

“Leeds huma konxji ta’ dan u jkunu jridu jbigħuh għal somma kbira, filwaqt li Raphinha jispiċċa javvanza fil-karriera tiegħu. Huwa ambizzjuż li jilgħab f’livell ogħla, minkejja li Leeds jinsabu fil-Premier League, iżda mhux iż-żmien it-tajjeb biex jitkellem dwar dan u mhux fuq dak li hu ffukat. L-affarijiet se jseħħu b’mod naturali.”

Raphinha beda l-istaġun 2021-22 f’forma impressjonanti minkejja l-forma tal-club tiegħu, u sab ix-xibka fi tliet okkażjonijiet f’seba’ dehriet fil-Premier League.

Ekonomija

Sport