Sunday, March 16, 2025

Liverpool iridu difensur Grieg

Aqra wkoll

Liverpool identifikaw lill-plejer ta’ Wolfsburg, Konstantinos Koulierakis, bħala wieħed mill-akkwisti potenzjali li mistennija jagħmlu matul is-sajf li ġej. Ir-Reds qed jaħdmu qatigħ sabiex isaħħu d-dipartiment difensiv u dan il-plejer ta’ 21 sena jaf ikun is-soluzzjoni, aktar u aktar jekk ma jasalx id-difensur ta’ Borussia Dortmund Nico Schlotterbeck.

Il-plejer mill-Greċja jista’ jmur jilgħab f’Anfield Road ġaladarba titħallas is-somma ta’ €15-il miljun lil Wolfsburg bil-plejer li ovvjament ħerqan ħafna li jilgħab ma’ dan it-tim bi storja kbira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport