Liverpool se jkunu qed isegwu sew il-progress tal-istilla ta’ Newcastle United Anthony Gordon. Dan tal-aħħar jista’ jieħu post l-attakkant Luis Diaz li mistenni jitlaq minn Anfield Road fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Diaz qed jissemma’ li jista’ jmur fl-Arabja Sawdija fl-istaġun li ġej u Gordon li għandu 23 sena hu lest sabiex ikun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Arne Slot. Il-laqgħa bejn iż-żewġ naħat mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin.