Saturday, December 28, 2024

Liverpool iridu lil Christopher Nkunku

Aqra wkoll

Liverpool qed jikkunsidraw  li jiffirmaw lill-midfielder offensiv ta’ RB Leipzig, Christopher Nkunku, fis-sajf li ġej.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena lagħab fiċ-Champions League nhar l-Erbgħa filgħaxija, u skorja hat-trick kontra Manchester City, għalkemm il-club Ġermaniż ġie megħlub 6-3 f’konfront eċċitanti fl-Etihad Stadium.

Jurgen Klopp qed ikompli jfittex għażliet ġodda fl-attakk u identifika lil Nkunku bħala firma potenzjali.

Ir-Reds għandhom relazzjoni qawwija mal-franchise tar-Red Bull, fejn qabel iffirmaw players fosthom Sadio Mane, Naby Keita, Takumi Minamino u wkoll l-akkwist ta’ dan is-sajf Ibrahima Konate.

Nkunku huwa prodott tal-akkademja ta’ Paris Saint-Germain u lagħab 78 darba għat-team tal-kbar qabel ma ngħaqad ma’ Leipzig f’Lulju 2019.

Il-Franċiż gawda minn staġun ta’ suċċess fl-attakk l-istaġun li għadda, fejn skorja seba’ goals u pprovda 11-il assist f’40 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport