Liverpool jistgħu joffru li jestendu l-esperjenzi ta’ Roberto Firmino u Sadio Mane lil hinn mit-tmiem tal-istaġun li ġej.
Ir-Reds ħabbru nhar il-Ħamis li l-manager Jurgen Klopp iffirma ftehim ġdid ta’ sentejn biex jibqa’ mal-club sal-2026, filwaqt li n-negozjati għadhom għaddejjin ma’ Mohamed Salah.
Firmino u Mane għandhom isiru free agents fl-2023 flimkien ma’ Salah, iżda jidher li li r-Reds se joffru li jestendu l-kuntratti tal-attakkanti għal mill-inqas sena oħra.
Mane rreġistra 20 goal u pprovda tliet assists f’44 partita f’dan l-istaġun, filwaqt li l- Firmino skorja 11-il goal u pprovda erba’ assists f’31 logħob fil-kompetizzjonijiet kollha.
Dan tal-aħħar bħalissa qed jittratta injury f’siequ, u Klopp żvela nhar il-Ġimgħa li se jitlef il-partita ta’ dan il-weekend kontra Newcastle United mill-Premier League.