Friday, October 18, 2024

Liverpool iżidu l-insegwiment tagħhom f’Arnaut Danjuma

Aqra wkoll

Liverpool żiedu l-insegwiment tagħhom fl-attakkant ta’ Villarreal, Arnaut Danjuma, qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-player ta’ 25 sena kien f’forma impressjonanti għall-Yellow Submarines kif inhuma iktar magħrufa Villareal matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 14-il goal u rreġistra erba’ assists f’29 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ir-Reds jibqgħu marbuta mal-attakkant, filwaqt li huwa maħsub li l-iscouts ta’ Manchester United rawh jiskorja kontra Bayern Munich fiċ-Champions League matul il-ġimgħa li għaddiet.

Huwa mifhum li l-manager Ġermaniż ta’ Liverpool Jurgen Klopp huwa determinat li jġib lil Danjuma f’Anfield matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Jidher li r-Reds bħalissa qed ‘jaċċelleraw’ il-pjani tagħhom li jagħmlu offerta għall-player internazzjonali Olandiż u diġà għamlu kuntatt mal-aġent tiegħu biex jiddiskutu trasferiment potenzjali mal-club minn Anfield.

Qed jingħad ukoll li Villarreal huma tabilħaqq konxji mill-interess li qed jikber fis-servizzi tiegħu u jidher li mhux se jkunu qed iqisu offerti taħt il-£50 miljun għall-ex attakkant ta’ Bournemouth.

Danjuma skorja 17-il goal u rreġistra tmien assists fi 52 partita għal Bournemouth bejn l-2019 u l-2021, li dehru fil-Premier League f’14-il partita matul l-istaġun 2019-20.

Sport