Saturday, September 14, 2024

Liverpool iżidu l-interess fil-midfielder ta’ Brighton Yves Bissouma

Aqra wkoll

Liverpool żiedu l-interess tagħhom fil-midfielder ta’ Brighton & Hove Albion, Yves Bissouma.

L-akkwist tad-difensur ta’ RB Leipzig Ibrahima Konate, li sewa £36 miljun, jibqa’ l-uniku akkwsit ta’ Jurgen Klopp dan is-sajf.

Madankollu, huwa mifhum li Liverpool se jippruvaw jiffirmaw sostitut għal Georginio Wijnaldum ladarba jkunu biegħu xi players.

B’dik il-mira issa intlaħqet, il-ġganti tal-Premier League kkuntattjaw lil Brighton rigward Bissouma.

Is-Seagulls jingħad li infurmaw lil Liverpool li qed jitolbu £ 40 miljun għall-player internazzjonali mill-Mali qabel it-tmiem tat-tieqa tat-trasferimenti.

Bissouma, li issa huwa l-aktar player importanti ta’ Brighton wara t-tluq ta’ Ben White, fadallu sentejn fil-kuntratt eżistenti tiegħu fl-Amex Stadium.

Ekonomija

Sport