Sunday, November 24, 2024

Liverpool jegħlbu lil Leicester City b’żewġ auto-goals

Aqra wkoll

Liverpool jistgħu jħossuhom fortunati meta ospitaw lil Leicester City u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, grazzi għal żewġ auto-goals sfortunati tad-difensur Wout Faes. 

It-team immexxi mill-manager, Jurgen Klopp, kien ferm ‘il-bogħod mill-forma solita tiegħu u wara biss erba’ minuti, il-viżitaturi fetħu l-iskor meta żball fid-difiża ppermetta lil Kiernan Dewsbury-Hall jiġi waħdu li avvanza u għeleb lil Alisson Becker. 

Kien bidu diżastruż għar-Reds fejn il-Foxes komplew jesponu d-dgħufija fis-settur ta’ nofs il-ground fejn Liverpool qatt ma dehru li setgħu jiskorjaw. 

Peró, fit-38 minuta, huma kisbu d-draw li wasal minn imkien meta Trent Alexander-Arnold xeħet cross fit-tul … u fit-tentattiv li jikklerja, Faes laqat il-ballun ħażin li għoli u spiċċa eżatt fix-xibka. 

U fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Liverpool marru fil-vantaġġ meta Darwin Nunez antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper, Danny Ward, billi mmira lejn ir-rokna iżda l-ballun ħabat ma’ sieq il-lasta u filwaqt li kien qed jinqala’ ‘l barra, ħabat ma’ sieq Faes, li kien ġej bil-ġirja, u ntemm fix-xibka.   

Issa, nhar it-Tnejn Liverpool imorru jilagħbu għand Brentford li, barra minn darhom, għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Ivan Toney (18) u Joshua da Silva (45).

Sport