Liverpool fetħu taħditiet mal-midfielder ta’ 27 sena, Naby Keita, dwar estensjoni possibbli tal-kuntratt f’Anfield.
Il-midfielder ċentrali jidħol fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu mar-runners up tal-Premier League dan is-sajf, li jfisser li kien se jħalli lill-club bi free transfer f’Ġunju 2023.
Keita jkun liberu wkoll li jitkellem ma’ clubs barranin dwar ftehim ta’ qabel il-kuntratt f’Jannar, iżda huwa mifhum li Jurgen Klopp ta l-permess lil Liverpool biex jiddiskutu estensjoni fil-kuntratt tiegħu.