Liverpool qed jikkunsidraw offerta tardiva biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Sampdoria, Mikkel Damsgaard qabel l-iskadenza tal-11.00 pm fil-31 ta’ Awwissu.
L-internazzjonali Daniż ra l-profil tiegħu jikber matul is-sajf wara li impressjona fil-Euro 2020, fejn skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed f’ħames dehriet.
Diversi clubs tal-Premier League huma maħsuba li huma interessati li jiffirmaw liż-żagħżugħ ta’ 21 sena, iżda, Liverpool u Leeds United huma ż-żewġ timijiet li bħalissa jisnabu favoriti għall-firma tal-midfielder.
Aston Villa huma maħsuba wkoll li qed isegwu s-sitwazzjoni ta’ Damsgaard, filwaqt li Tottenham Hotspur issa temmew kull interess fih.
Jurgen Klopp huwa ħerqan li jakkwista midfielder ġdid dan is-sajf, wara t-tluq ta’ Georginio Wijnaldum ma’ Paris Saint-Germain u Xherdan Shaqiri ma’ Lyon.
Preċedentement kien ġie rrappurtat li scouts tar-Reds intlemħu fil-partita ta’ Sampdoria kontra AC Milan il-ġimgħa li għaddiet biex jaraw lil Damsgaard, li lagħab id-90 minuta sħaħ.