Liverpool ingħaqdu fit-tellieqa għall-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele.
Il-Franċiż milqut minn injury huwa maħsub li jinsab f’taħditiet dwar ftehim ġdid ta’ sentejn fil-Camp Nou, iżda kif inhu hekk hu jkun jista’ jitlaq mill-club bi free transfer fl-aħħar tal-istaġun.
Manchester United u Manchester City huma t-tnejn li huma rrappurtati li qed iżommu għajnejhom mill-viċin fuq il-futur ta’ Dembele, bil-club immexxi Pep Guardiola iħejji biex ilesti ftehim ta’ skambju parzjali għal Dembele li jinvolvi lil Raheem Sterling.
Madankollu, Liverpool jinsabu wkoll fit-tellieqa għall-firma ta’ Dembele, bil-futur fit-tul ta’ Mohamed Salah u Sadio Mane għadu inċert.
Jurgen Klopp huwa ‘ammiratur enormi’ ta’ Dembele, u d-direttur sportiv Michael Edwards huwa determinat li jakkwistah bi free transfer fis-sajf tal-2022.
Bayern Munich, Chelsea u Juventus ukoll kienu marbuta ma’ pass għaż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li rreġistra 30 goal u 21 assist f’118-il logħba għal Barcelona mill-2017.