Liverpool irrifjutaw l-offerta inizjali ta’ Bayern Munich għall-attakkant Sadio Mane.
L-internazzjonali tas-Senegal se jkun bla kuntratt f’Merseyside fi żmien inqas minn 18-il xahar u mistenni jfittex club ġdid fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Mane suppost iddeċieda li ż-żmien tiegħu ma’ Liverpool spiċċa wara sitt snin f’Anfield, u Bayern huma meqjusa bħala favoriti għall-firma ta’ dan il-player ta’ 30 sena.