Arthur Melo, li ngħaqad ma’ Liverpool b’self fil-jum tal-iskadenza tat-trasferiment dan is-sajf jista’ jirritorna ma’ Juventus f’Jannar li ġej.
Il-midfielder Brażiljan ta’ 26 sena kien “iffriżat” mill-iskwadra Bianconeri dan is-sajf hekk kif Massimiliano Allegri għamilha ċara li ma kellu l-ebda pjan li juża lill-player dan l-istaġun, u ġiegħlu jsib club ġdid.
Arthur ingħaqad ma’ Liverpool fil-jum tal-iskadenza tat-trasferimenti bi ftehim ta’ self iżda b’għażla ta’ kuntratt permamenti għal €37 miljun.
Iżda rapporti qed isostnu li r-Red qed jippjanaw lil jibagħu lil Arthur lura ma’ Juventus hekk kif diġá bdew jinnegozjaw biex jiffirmaw midfielder.
Ir-Reds kellhom bidu negattiv u jidher ċar li hemm bżonn demm ġdid f’nofs il-ground minħabba li jidher wisq dgħajje.
Arthur għamel dehra waħda biss għal Liverpool wara l-wasla tiegħu fejn lagħab 13-il minuta fit-telfa ta’ 4-1 taċ-Champions League kontra Napoli. Huwa baqa’ fuq il-bank fid-draw tal-Premier League kontra Everton (0-0) u fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Ajax, it-Tlieta.