Saturday, September 14, 2024

Liverpool jistgħu jiskru r-rekord ta’ goals tal-Premier League kontra Man Utd

Aqra wkoll

Liverpool se jkunu qed ifittxu li jiskru r-rekord ta’ goals tal-Premier League meta jmorru Old Trafford biex jaffrontaw lil Manchester United il-Ħadd wara nofsinhar.

It-team ta’ Jurgen Klopp qed jimpressjona fl-attakk s’issa dan l-istaġun u diġà skorja 22 goal minn tmien partiti tal-Premier League.

Sittax minn dawn il-goals fil-fatt waslu barra minn darhom, bi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kisbu rebħa ta’ 5-0 kontra Watford li kienet il-ħames logħba kosnekuttiva li huma skurjaw mill-inqas tliet goals.

Jekk Liverpool jiskorjaw tliet goals oħra l-Ħadd wara nofsinhar, huma jilħqu r-rekord ta’ Man United li skurjaw mill-inqas tliet goals f’sitt partiti konsekuttivi barra minn darhom fil-Premier League.

Mohamed Salah se jkun ukoll qed ifittex li jikseb rekord personali, bil-player ta’ 29 sena se jkun qed ifittex li jsir l-ewwel player ta’ Liverpool li skorja fi tliet logħbiet konsekuttivi meta Liverpool kienu qed jilagħbu barra minn darhom f’Old Trafford.

Ekonomija

Sport