Friday, November 15, 2024

Liverpool jitfgħu lil Leeds Utd f’iktar inkwiet tar-relegazzjoni

Aqra wkoll

Mohamed Salah u Diogo Jota skorjaw darbtejn kull wieħed hekk kif Liverpool b’waħda mill-akbar wirjiet tal-istaġun għelbu lil Leeds United 6-1 f’Elland Road wara li kienu ilhom ħames logħbiet ma jirbħu. B’hekk huma kkawżaw it-tieni daqqa ta’ ħarta konsekuttiva f’darhom fuq Leeds United, li baqgħu fil-periklu tar-relegazzjoni wara li fl-aħħar logħba Crystal Palace għelbuhom 5-1.

Ir-Reds kienu ilhom ma jirbħu mindu fil-bidu ta’ Marzu għelbu lil Manchester United 7-0 iżda wara bidu bil-mod żarmaw bla ħniena lit-team sfortunat ta’ Javi Gracia.

Il-goals tar-Reds waslu minn Cody Gakpo (35), Salah (39, 64), Jota (52, 73) u Darwin Nunez (90) waqt li Luis Sinisterra (47) kien għamel l-iskor 2-1.

F’lejla inkoraġġanti għall-viżitaturi, kien hemm ukoll ritorn fl-azzjoni għal Luis Diaz hekk kif il-winger tal-Kolombja għamel l-ewwel dehra tiegħu minn Ottubru bħala sostitut tard.

Ekonomija

Sport