Saturday, October 26, 2024

Liverpool jitilgħu fis-sitt tal-Premier League Ingliż

Aqra wkoll

Wara waqfa ta’ sitt ġimgħat minħabba t-Tazza tad-Dinja 2022, il-Premier League Ingliż irritorna fejn Liverpool ikkonvinċew biex barra minn darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-1. 

Goals minn Mohamed Salah, Virgil van Dijk u Stefan Bajcetic aċċertaw li r-Reds jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva biex telgħu fis-sitt post … ħames punti ‘l bogħod miż-żona tal-UEFA Champions League. 

Kien Mohamed Salah li fetaħ l-iskor wara ħames minuti wara azzjoni bejn iż-żewġ difensuri lateral, Trent Alexander-Arnold u Andrew Robertson.

L-attakkant Urugwajan, Darwin Nunez, kien ħati li falla bosta okkażjonijiet ta’ skor iżda fis-37 minuta, Liverpool irduppjaw minn Virgil van Dijk b’xutt minn pożizzjoni angolata. 

Mas-siegħa logħob, Aston Villa daħlu fil-logħba meta Ollie Watkins għeleb lil Alisson Becker permezz ta’ daqqa ta’ ras. 

Madankollu kienu r-Reds li aċċertaw mit-tliet punti meta fil-81 minuta, iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena, Stefan Bajcetic, skorja l-ewwel goal tiegħu fl-ogħla livell tal-football Ingliż wara li Nunez irkupra l-ballun minn fuq il-linja meta deher li kien sejjer barra. 

Sport