Thursday, November 7, 2024

Liverpool jittamaw li l-injury ta’ Alex Oxlade-Chamberlain mhix waħda serja

Aqra wkoll

Liverpool jittamaw li l-injury li sofra Alex Oxlade-Chamberlain kontra Brentford fi tmiem il-ġimgħa mhix waħda serja.

L-ex player ta’ Arsenal deher mill-bidu tal-partita f’Anfield u skorja t-tieni goal tat-team tiegħu kontra l-Bees qabel ma kellu joġroġ mill-ground fl-74 minuta b’suspett ta’ injury fl-għaksa.

Oxlade-Chamberlain se jitlef il-partita mill-ġdid mal-Gunners fit-tieni leg tas-semi-finali tal-EFL Cup illum il-Ħamis, iżda l-assistant manager tar-Reds Pep Lijnders mhux qed jistenna li l-midfielder jibqa’ barra mil-logħob għal żmien twil.

Lijnders qal: “Jekk nitkellmu dwar Ox irridu niddiskutu l-prestazzjoni tiegħu wkoll. Huwa kien eċċellenti.

“Jagħti ħafna lit-team minħabba l-versatilità tiegħu b’ħafna kwalità. Huwa jinsab f’mument tassew tajjeb u għalhekk ħasra li ma jilgħabx.”

“Ilbieraħ tkellimt miegħu u jaħseb li mhux daqshekk ħażin. Irridu nevalwawh jum b’jum.”

Liverpool m’għandhomx aktar tħassib rigward players  qabel it-tieni leg u ngħataw spinta mir-ritorn ta’ Harvey Elliott għal taħriġ sħiħ – erba’ xhur wara li ż-żagħżugħ sofra injury orribbli fl-għaksa kontra Leeds United.

Sport