Liverpool qed jiżnu offerta biex f’Jannar jiffirmaw lil Nicolo Barella mingħand Inter.
Ir-Reds qattgħu l-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf ifittxu li jżidu midfielder fl-iskwadra tagħhom wara numru ta’ kwistjonijiet ta’ injury.
Filwaqt li Liverpool iffirmaw lil Arthur b’self mingħand Juventus fil-ġurnata tal-iskadenza tat-trasferimenti, huma jistgħu jkunu lesti li jidħlu għal darb’oħra fis-suq tas-Serie A biex isaħħu nofs il-ground tagħhom meta tiftaħ it-tieqa tat-trasferimenti f’Jannar, b’possibiltá li jagħmlu offerta għal Barella.