Liverpool għadhom qed juru interess fil-midfielder ta’ Real Madrid, Eduardo Camavinga.
Qabel it-tmiem tat-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, il-Los Blancos kisbu ftehim għaż-żagħżugħ ta’ rata għolja, u approfittaw mill-fatt li l-Franċiż kien fadallu biss sena fil- kuntratt tiegħu ma’ Rennes.
Madankollu, filwaqt li ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien preżenza kostanti fl-iskwadra ta’ Carlo Ancelotti, huwa kien ristrett għal seba’ partiti mill-bidu u 13-il dehra bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha.
Liverpool qed isegwu s-sitwazzjoni f’każ li tinqala’ sitwazzjoni fejn ikunu jistgħu jiffirmaw lil dan il-player.
Huwa mifhum li ftit hemm ċans li jsir trasferiment matul is-sajf, Jurgen Klopp ma tilifx l-interess li jiffirma lil Camavinga.
Ħafna jista’ jiddependi fuq l-attività ta’ Real Madrid fis-suq tat-trasferimenti aktar tard fl-2022, filwaqt li l-leaders tal-La Liga għandhom ukoll l-intenzjoni li jipprovdu kuntratt ġdid lill-veteran Kroat, Luka Modric.