Liverpool huma lesti li jżidu l-interess tagħhom fil-midfielder ta’ Brighton & Hove Albion, Yves Bissouma.
Wara mpressjona b’mod konsistenti matul it-tliet snin tiegħu fl-Amex Stadium, l-internazzjonali tal-Mali ġie marbut ma’ pass lejn club akbar fil-Premier League.
Is-Seagulls irnexxielhom iżommu s-servizzi tal-player ta’ 25 sena fis-sajf, bil-player qed jgħin bis-sħiħ lill-club tiegħu li jinsab fis-sitt pożizzjoni fil-klassifika tal-Premier League.
Madankollu, Liverpool se jfittxu li jagħmlu offerta għal dan il-player f’nofs l-istaġun.
Konxju li l-kuntratt ta’ Bissouma jiskadi fl-2023, Brighton se jkunu lesti li jaċċettaw offerta ta’ £30 miljun.
Jingħad ukoll li Manchester United, Arsenal u Tottenham Hotspur qegħdin isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib.