Liverpool m’għandhom l-ebda pjan li jagħmlu offerta għall-winger ta’ Villarreal, Arnaut Danjuma matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Ir-Reds huma mifhuma li qed iżommu ħarsithom fuq il-player ta’ 24 sena wara li identifikawh bħala suċċessur possibbli fit-tul ta’ Mohamed Salah u Sadio Mane.
Danjuma skorja disa’ goals u pproduċa tliet assists fi 18-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha minn meta ngħaqad ma’ Villarreal mingħand Bournemouth fis-sajf li għadda.
Manchester United u Barcelona wkoll ġew marbuta mal-attakkant, iżda Danjuma mhux se jitħalla jitlaq f’Jannar.
Il-kuntratt ta’ Danjuma ma’ Villarreal ma jiskadi fl-2026.