Saturday, November 16, 2024

Liverpool mistennija jiffirmaw lill-player Pollakk, Kacper Kozlowski

Aqra wkoll

Liverpool mistennija jirbħu t-tellieqa għall-player Pollakk, Kacper Kozlowski.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena diġà stabbilixxa ruħu bħala regolari għall-club mill- Ekstraklasa, Pogon Szczecin u rreġistra goal wieħed u tliet assists minn 20 logħba tal-kampjonat fl-istaġun li għadda.

Il-wirjiet pożittivi ta’ Kozlowski rawh jiġi ppremjat b’post fl-iskwadra tal-Euro 2020 tal-Polonja, fejn sar l-iżgħar player li qatt lagħab f’dan il-kampjonat, u qabel kien marbut ma’ ċaqliq ma’ Manchester United matul is-sajf.

Madankollu, Liverpool huma lesti li jegħlbu lir-rivali tagħhom kif ukoll lil Bayer Leverkusen, AC Milan, RB Leipzig u Red Bull Salzburg għall-firma tal-playmaker.

Pogon Szczecin mistennija jirreżistu l-offerti għal Kozlowski f’Jannar, iżda r-Reds se jfittxu li jiżguraw is-servizzi tiegħu fis-sajf tal-2022.

Kozlowski skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed minn tmien logħbiet tal-kampjonat f’dan l-istaġun u għandu jsir free agent fl-2023.

Ekonomija

Sport