Liverpool mistennija jiftħu taħditiet ma’ Benfica dwar ftehim possibbli għal Antonio Silva wara t-Tazza tad-Dinja.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena qed igawdi minn staġun rivoluzzjonarja għall-klabb Portugiż tiegħu, fejn għamel 20 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun, u skorja tliet gowls fil-proċess.
Il-forma ta’ Silva kisbitu post fl-iskwadra tal-Portugall għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, u lagħab id-90 minuta sħaħ kontra l-Korea t’Isfel fil-kompetizzjoni fit-2 ta’ Diċembru.