Liverpool se jkunu qed jagħmlu rivoluzzjoni fl-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej. Wara li matul dawn ix-xhur kellhom taħlita ta’ riżultati li aktar kienu negattivi milli pożittivi, it-tim immexxi minn Jurgen Klopp qed ifittex li jmur għal xi plejers oħra sabiex ikun aktar innovattiv.
Qed jissemmew ħames plejers oħra li jistgħu jilbsu l-flokk aħmar minn Lulju li ġej hekk kif hemm imsemmijin Declan Rice ta’ West Ham United, Moises Caicedo ta’ Brighton, Nicolo Barella ta’ Inter, Matheus Nunes ta’ Wolves u Ryan Gravenberch ta’ Bayern Munich.
Wieħed jew iktar minn dawn il-plejers jista’ jilbes il-flokk aħmar tal-klabb sa mill-istaġun li ġej.