Liverpool identifikaw liż-żagħżugħ ta’ Red Bull Salzburg, Luka Sucic, bħala mira potenzjali tat-trasferiment.
Qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, Liverpool jista’ jkollhom jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq l-attakk minħabba l-inċertezza dwar il-futur fit-tul ta’ Sadio Mane u Mohamed Salah.
Madankollu, huwa mifhum li l-ġganti ta’ Merseyside jistgħu jfittxu li jsaħħu nofs il-ground bl-akkwist ta’ Sucic.
Dan il-player ta’ 19-il sena qed jitqabbel mal-midfielder ta’ Real Madrid Luka Modric wara li mpressjona bis-sħiħ matul is-37 dehra tiegħu għal Salzburg matul dan l-istaġun.
Minkejja li fadallu aktar minn tliet snin oħra fil-kuntratt tiegħu, qed jingħad li Sucic jista’ jkun disponibbli bi ħlas ta’ madwar £12-il miljun.
Sucic, li diġà ddebutta fmat-team nazzjonali tal-kbar tal-Kroazja, qed jingħad ukoll li qed jiġbed l-interess minn AC Milan u Juventus.