Monday, October 21, 2024

Liverpool se jagħmlu minn kollox biex iżommu lil Trent Alexander Arnold

Aqra wkoll

Liverpool ikkonfermaw li se jagħmlu minn kollox sabiex iżommu lill-midfielder offensiv tagħhom Trent Alexander Arnold. Bħalissa dan il-plejer qed jiġi segwit sew minn Real Madrid li qed joffrulu salarju tajjeb ħafna sabiex jingħaqad magħhom.

Alexander Arnold għandu 26 sena u ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2016 fejn hu skorja 15-il gowl f’233 logħba. Hu lagħab ukoll 33 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż u skorja erba’ gowls, wieħed minnhom proprju kontra Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport