Friday, November 29, 2024

Liverpool se jkunu mingħajr Andrew Robertson għall-partita kontra Chelsea

Aqra wkoll

Liverpool se jkunu mingħajr id-difensur xellugi Andrew Robertson għall-partita tagħhom tal-Premier League kontra Chelsea fit-2 ta’ Jannar wara li l-partita tagħhom ta’ Boxing Day ma’ Leeds United ġiet posposta minħabba l-coronavirus.

Robertson bħalissa qed jiskonta sospensjoni ta’ tliet logħbiet wara l-karta ħamra tiegħu kontra Tottenham Hotspur fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

L-ewwel partita sospensjoni tiegħu kienet ir-rebħa tal-kwarti tal-finali tal-EFL Cup l-Erbgħa filgħaxija kontra Leicester City, filwaqt li kellu wkoll jitlef il-logħob kontra Leeds fis-26 ta’ Diċembru u Leicester mill-ġdid fit-28 ta’ Diċembru.

Madankollu, il-posponiment tal-konfront ta’ Boxing Day ma’ Leeds – imħabbra nhar il-Ħamis minħabba li Leeds m’għandhomx biżżejjed players biex jilagħbu l-partita – ifisser li s-sospenjsoni ta’ Robertson issa se testendi għall-partita fi Stamford Bridge fit-2 ta’ Jannar.

Liverpool jistgħu wkoll ikunu mingħajr Mohamed Salah, Sadio Mane u Naby Keita għal dik il-partita, sakemm ma jirnexxielhomx fit-tentattivi tagħhom li jdewmu t-tluq tagħhom għat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika.

It-team immexxi minn Jurgen Klopp bħalissa qiegħed it-tieni fil-klassifika tal-Premier League, tliet punti taħt il-leaders Manchester City iżda tliet punti vantaġġ fuq Chelsea, li qed jittamaw li jirbħu t-titlu.

Sport