Wednesday, October 9, 2024

Liverpool u Man Utd f’taqtiegħa għal Jurrien Timber

Aqra wkoll

Fuq il-profil soċjali tiegħu, id-difensur ta’ Ajax Amsterdam, Jurrien Timber, ħabbar li se jkun qed jitlaq lit-tim mill-belt kapitali Olandiża sabiex isib xortih x’imkien ieħor. Hu rringrazzja lil Ajax għal din l-opportunita’ li qed ituh iżda jħoss li issa wasal iż-żmien li jilgħab barra minn pajjiżu.

Fil-fatt hemm l-interess ta’ Liverpool u Manchester United li jistgħu saħansitra jakkwistaw il-plejer ta’ 22 sena.

Timber ilu ma’ Ajax erba’ snin fejn lagħab 81 partita u skorja ħames gowls.

Sport