Qed jiġi rrappurtat li Liverpool se jkunu qed jagħlqu ftehim ġdid mal-attakkant internazzjonali Eġizzjan Mohamed Salah. Wara diversi xhur inċerti fejn il-plejer kien se jitlaq, sa fl-aħħar id-diriġenti tar-Reds poġġew bilqiegħda mal-eks plejer ta’ Roma u Fiorentina sabiex jaslu għall-ftehim miegħu. Skont diversi ġurnali Ingliżi, il-kuntratt mistenni jtul sa Ġunju 2028.
Salah għandu 32 sena u ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2017 fejn skorja 170 gowl f’266 logħba.