Friday, September 13, 2024

Liverpool viċin li jiffirmaw lil Jeremy Doku ta’ Rennes

Aqra wkoll

Liverpool jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jiżguraw ftehim għall-winger ta’ Rennes, Jeremy Doku, matul is-sena d-dieħla.

Filwaqt li l-ġganti ta’ Merseyside għażlu li jagħmlu akkwist wieħed biss ta’ profil għoli matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, Jurgen Klopp jista’ jkun li jkollu bżonn iġedded l-iskwadra tiegħu s-sena d-dieħla.

Bi players bħal Mohamed Salah, Sadio Mane u Roberto Firmino kollha fadlilhominqas minn sentejn fil-kuntratti tagħhom, dan iħalli lill-manager Ġermaniż jikkunsidra għażliet alternattivi.

Liverpool jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jiffirmaw lill-player internazzjonali tal-Belġju, Doku.

Huma kienu ammiraturi fit-tul taż-żagħżugħ ta’ 19-il sena, minkejja li skorja biss żewġ goals u erba’ assists f’41 dehra tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha.

Klopp jista’ jagħmel approċċ inizjali għal da nil-player matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar bi players bħal Salah u Mane mistennija jirrappreżentaw lil pajjiżhom fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika.

Ekonomija

Sport