Saturday, December 21, 2024

Livverpool iħejju offerta ta’ £88 miljun għal Pedri

Aqra wkoll

Liverpool qed iħejju offerta ta’ £88 miljun għall-midfielder ta’ Barcelona, Pedri, bil-manager tar-Reds Jurgen Klopp determinat li jġib lill-Ispanjol f’Anfield.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena ingħaqad ma’ Barcelona mingħand Las Palmas fis-sajf li għadda iżda kien player ewlieni għall-club immexxi minn Ronald Koeman matul l-istaġun 2020-21, u għamel 52 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Pedri mbagħad irrappreżenta lil Spanja fl-Euro 2020 u l-Olimpjadi ta’ Tokjo matul sajf impenjattiv qabel ma rritorna fil-Camp Nou, u huwa diġà deher darbtejn għall-ġganti Katalani f’dan l-istaġun.

Barcelona kienu qed iħejju kuntratt ġdid għaż-żagħżugħ, li se jkollu estensjoni ta’ sentejn fil-ftehim attwali tiegħu attivata fis-sajf li ġej.

Madankollu, Liverpool qed jippreparaw biex iniedu offerta ta’ £88 miljun għall-midfielder bit-tama li jikkonvinċu lil Barcelona biex ibiegħuh fost il-kwistjonijiet finanzjarji tagħhom.

Klopp iqis lil Pedri bħala l-player ideali biex jieħu post Georginio Wijnaldum, li telaq minn Anfield biex jingħaqad ma’ Paris Saint-Germain bi free transfer matul is-sajf.

Manchester City jingħad ukoll li qed iżommu ħarsithom mill-viċin fuq l-iżviluppi madwar iż-żagħżugħ.

Ekonomija

Sport