Minkejja li għal xi wħud ma tantx niżlet tajjeb, għal xi wħud ġiet tajba l-ħatra tal-kowċ il-ġdid tal-Ingilterra Thomas Tuchel. Dan tal-aħħar se jieħu r-riedni tat-tim f’idejh sa mill-1 ta’ Jannar li ġej.
Sadanittant, l-eks klabb tiegħu Bayern Munich kien għadu qed iħallas il-kuntratt ta’ Tuchel peress li kienu huma li keċċewh mill-kariga fl-istaġun li għadda. Tuchel aċċetta li jirrinunzja għal 30 fil-mija tas-salarju, bil-klabb mill-Bavarja li se jiffranka ftit tal-flus.
Tuchel kellu kuntratt ma’ Bayern Munich sa Ġunju 2025.