Friday, November 15, 2024

“llum il-ġurnata, il-Privileġġ u speċjalment l-immunità, spiċċa żmienhom” – L-eks-PM Joseph Muscat

Aqra wkoll

https://www.facebook.com/josephmuscatdotcom/posts/10160187446779741

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat, “illum il-ġurnata, il-Privileġġ u speċjalment l-immunità, spiċċa żmienhom, speċjalment meta jiġi abbużat minn Membri li tistenna ferm aħjar minnhom, minħabba l-edukazzjoni u t-taħrig li ngħataw u speċjalment minħabba li dawn l-istess Membri jemmnu li huma xempji tar-rettezza.”

Dr Muscat qal hekk fad-dawl tar-ruling li l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ta’ llum fil-Parlament, wara li bħal-lum ġimgħa d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi allega li Dr Muscat sejjaħ elezzjoni bikrija għax kien jaf li Daphne Caruana Galizia kienet se tinqatel. B’reazzjoni għal dan, l-eks PM kien talab għal ruling mill-Ispeaker, b’dan tal-aħħar jikkonferma li Azzopardi approfitta u abbuża mill-immunità Parlamentari.

Ekonomija

Sport