Tuesday, December 24, 2024

Lockdown strett fiċ-Ċina jolqot ħażin lill-kumpanija Apple

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Ċiniżi poġ­ġew taħt lockdown distrett kbir ġewwa l-belt ta’ Zhengzhou, sewwasew fejn hemm l-ikbar fabbrika ta’ Apple fid-dinja li tipproduċi l-iPhone. Dan seħħ bħala miżura kontra l-Covid-19. Il-lockdown li se jibqa’ fis-seħħ għal sebat ijiem. 

Dan il-lockdown mis­tenni li jkollu impatt negattiv fuq il-produzzjoni tal-iPhone 14 hekk kif dan iddaħħal ftit jiem biss wara li Apple nediet dan l-iktar mudell riċenti. Bosta qed jitħassbu li jista’ jkun hemm nuqqas ta’ provvista ta’ dan il-prodott hekk kif issa ġejjin il-vaganzi tal-Milied u tas-Sena Lunari l-Ġdida. Il-fabbrika ta’ Apple f’dan id-distrett timpjega 200,000 ħaddiem u hija waħda importanti ħafna. 

Iċ-ċittadini u n-negozji ġewwa ċ-Ċina għadhom qed iħabbtu wiċċhom kontinwament mal-politika ta’ zero-Covid, fejn mal-iċken żieda fin-numru ta’ infezzjonijiet qed jittieħdu miżuri li huma stretti ħafna.

Ekonomija

Sport