Tuesday, December 24, 2024

Logħob tal-Commonwealth: Il-koppja Abela/Cassar b’wirja tajba fil-mixed tal-badminton

Aqra wkoll

Il-koppja tal-badminton, Matthew Abela u Sam Cassar, ipproduċew wirja tajba fl-ewwel round tad-doubles tal-irġiel fl-NEC Hall f’Birmingham il-Ħamis filgħaxija, meta rebħu kontra it-team tal-Uganda magħmul minn Friday Attama u Kenneth Mwambu.

Abela u Cassar, li bħalissa huma klassifikati b’ranking iktar baxx mill-koppja tal-Uganda, taw prestazzjoni determinata u b’saħħitha biex rebħu l-logħba 2-0 (21-10, 21-18) li rathom jgħaddu għar-round li jmiss. Huma se jilagħbu kontra Jacob Schueler u Nathan Tang tal-Awstralja.

Ilbieraħ filgħodu, il-lottatur Adam Vella kkompeta fl-ewwel round. Vella ġie draw kontra l-Pakistani, Inayat Ullah, li rebaħ il-partita bl-iskor ta’ 10-0 miksub permezz ta’ superjorità teknika.

Fl-atletika, fir-round ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp B tal-avveniment tal-Long Jump, ir-riżultat ta’ Claire Azzopardi ta’ 5.76m naqas milli jwassalha sal-finali.

Wara r-rebħha tagħhom kontra l-koppja tal-Cayman Islands fl-isquash doubles, Kijan Sultana u Niall Engerer, ilbieraħ wara nofsinhar lagħbu kontra l-aqwa players tad-doubles Ingliżi, James Willstrop u Declan James.

It-tnejn urew li huma players b’saħħithom bil-logħba tirriżulta f’telfa ta’ 2-0 għal Malta. Ftit wara Sultana u oħtu Lijana kienu impenjati f’logħba tal-mixed doubles kontra l-koppja tal-Cayman Islands, Jade Pitcairn u Jake Kelly. Sfortunatament, minkejja kull sforz, l-aħwa Sultana spiċċaw tilfu 2-0.

Ekonomija

Sport