Saturday, December 21, 2024

Lomachenko jwaqqaf ġlieda storika biex jibqa’ jiddefendi lil pajjiżu mir-Russi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-boxer Vasiliy Lomachenko mhux se jkun qiegħed jiġġieled għat-titlu kontra l-lightweight champion George Kambosos Jr li kienet mistennija tiżvolġi aktar tard din is-sena.

Lomachenko waqqa’ t-taħditiet ta’ din il-ġlieda storika sabiex ikun jista’ jibqa’ fl-Ukrajna u jiddefendi lil pajjiżu mill-invażjoni Russa. Huwa mifhum li l-Ukren kien f’taħditiet fl-Awstralja bi tħejjija għal din l-isfida, iżda mal-aħbar tal-invażjoni, għażel li jirritorna u qiegħed jifforma parti mill-uffiċjali tas-sigurtà viċin il-fruntiera Russa.

Skont il-liġi fl-Ukrajna, dawk maskili bejn it-18 u s-60 sena huma projbiti milli jħallu l-pajjiż waqt kunflitt. Minkejja dan Lomachenko, kif ukoll Oleksandr Uysk kienu ngħataw permess speċjali biex iħallu l-pajjiż sabiex ikunu jistgħu jippreparaw għall-isfidi rispettivi tagħhom fix-xhur li ġejjin.

Il-promoter tal-ġellied Ukren f’kummenti lill-midja kkonferma li kollox kien imħejji, iżda mingħajr sorpriża, Lomachenko ma rrispondiex għas-sejħa biex iħalli l-pajjiż.  “Jidher li Loma għalissa kommess li jibqa’ jiddefendi lil pajjiżu, dak li hemm lest għalih fil-futur ħadd għadu ma jafu”, temm jgħid Bob Arum.

Ekonomija

Sport