L-eks kowċ ta’ West Ham United Julen Lopetegui kien qed jitkellem f’intervista ma’ gazzetta Spanjola fejn reġa’ ftakar dwar in-nuqqas ta’ ftehim ma’ AC Milan biex ikun kowċ tagħhom. Hu qal li kien diġa’ lest biex jiffirma magħhom iżda xi ħadd internament kien kontra dan it-trasferiment.
Lopetegui qal li hemm gwerra interna fi ħdan AC Milan bit-tim li għalhekk mhux sejjer b’mod konsistenti fil-kampjonat.
Anke l-eks kowċ ta’ Milan Arrigo Sacchi qal li i Rossoneri messhom baqgħu jinnegozjaw mal-eks kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol.