Sunday, November 17, 2024

Lorenzo Insigne jiddispjaċih li telaq lil Napoli

Aqra wkoll

Lorenzo Insigne rrifletta fuq uħud mid- dispjaċiri tiegħu minn żmie­nu ma’ Napoli u ssuġġerixxa li t-tluq tiegħu mill-club ‘ma kienx f’idejh biss’.

L-attakkant Taljan ta’ 31 sena temm karriera twila mat-team ta’ belt twelidu aktar kmieni din is-sena, u telaq bi trasferiment ħieles ma’ Toronto FC wara li skada l-kuntratt tiegħu. Matul it-12-il sena tiegħu fl-ewwel team, Insigne skor­ja 122 goal u pprovda 95 assist f’434 dehra, waqt li għen lit-team jirbaħ żewġ Coppa Italia u Super Coppa Taljana.

“Id-dispjaċir li għandi hu li ma rbaħniex f’Napli. Kellna ċ-ċans kemm ma’ Sarri kif ukoll ma’ Spalletti li nirbħu l-Iscudetto u ma rnexxielniex.

“Nittama li xi darba Napoli, anke jekk m’għadniex hemm, ikunu jistgħu jqabblu ma’ din il-kisba għax il-partitarji jixirqilhom, il-belt tagħti ħafna lit-team u ma tirċevix din l-affezzjoni. Nisperaw li xi darba jkunu jistgħu jiċċelebraw għax ħaqqhom.”

“Fl-aħħar logħba kontra Genoa ħassejt tant affezzjoni mill-partitarji, ħasra li ħassejtha fl-aħħar logħba, il-jiem li tlaqt. Inweġġa’, ħadt ħafna ħin f’Napli u ma nistax naħbi l-fatt li nħoss in-nuqqas li nilgħab hemmhekk.

“Għamilt l-għażla tiegħi, jien l-ewwel partitarju tagħhom, anke jekk xi partitarji huma diżappuntati għax jgħidu li stajt inġedded jekk inħobb daqshekk lil Napli,” huwa qal.

Fl-aħħarnett, Insigne tenna għaliex ma spiċċax jiffirma tiġdid tal-kuntratt ma’ Napoli.

“Ma kienx f’idejja biss. Napli hija d-dar tiegħi, jekk nitlaq minn hawn ikun biex nirritorna f’Napli. Ma naħbix il-fatt li nimmissja lil Napli, iżda ninsab tajjeb hawn.”

L-affarijiet bdew tajjeb għal Insigne fl-MLS: huwa skorja sitt goals u pprovda żewġ assists fl-ewwel disa’ logħbiet tiegħu mal-club.

Ekonomija

Sport