Il-kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż, Louis Van Gaal, iddefenda lil dawk il-partitarji tal-Oranje li ddeċidew li jibbojkotjaw din l-edizzjoni tat-tazza tad-dinja li se ssir fil-Qatar.
L-eks kowċ ta’ Ajax, Barcellona u Manchester United sostna li dawn il-partitarji għandhom dritt jeserċitaw din il-protesta forsi anke għax din it-tazza tad-dinja ma ġietx fil-mument it-tajjeb.
Van Gaal kien wieħed mill-kowċis l-aktar kritiċi meta ftit tas-snin ilu l-FIFA assenjat it-tazza tad-dinja lil Qatar. Ironikament l-Olanda se jkunu qed jilagħbu fl-istess grupp tat-tim ospitu flimkien mal-Ekwador u s-Senegal.