Monday, October 14, 2024

Louis van Gaal lura ma’ Ajax iżda fl-amministrazzjoni tal-klabb

Aqra wkoll

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Olandiż Louis Van Gaal irritorna ma’ Ajax Amsterdam fejn se jkun qed jassumi r-rwol ta’ membru fil-kunsill tas-sorveljanza fi ħdan il-klabb. Hu se jieħu post Jan Van Halst li rriżenja mill-kariga.

F’kumment li ta lill-mezzi tax-xandir tal-pajjiż, Van Gaal qal li jrid jgħin kemm jista’ lil dan il-klabb li tah ħafna, partikolarment b’mod dixxiplinari fejn jara li r-regoli u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ordni jiġu esegwiti.

Van Gaal qal li se jkun qed jgħin lit-tim f’kull sens bl-għan ewlieni hu li jkun hemm kontinwita’ u l-klabb jibqa’ jiffunzjona wara l-kriżi li laqtitu.

Sport