Id-difensur lemini, Luca Pellegrini, ingħaqad uffiċjalment ma’ Eintracht Frankfurt b’self għall-istaġun kollu mingħand Juventus.
L-internazzjonali Taljan ta’ 23 sena daħal fl-ewwel team tal-Bianconeri fl-istaġun li għadda taħt il-coach, Massimiliano Allegri, u fl-aħħar libes il-flokk abjad u iswed fis-Serie A għall-ewwel darba mill-wasla tiegħu f’Lulju, 2019. Huwa għamel 21 dehra fl-istaġun li għadda, iżda tħabat biex jieħu post Alex Sandro fil-formazzjoni inizjali.
Kif tħabbar minn Juventus, Pellegrini issa ħalla Turin biex jingħaqad mal-club tal-Bundesliga b’self għal sena b’Eintracht ħaduh bħala sostitut għal żmien qasir minflok Filip Kostic, li għadu kif telaq mill-Ġermanja għall-grigal tal-Italja.
Minn meta ngħaqad mal-Bianconeri fis-sajf tal-2019, Pellegrini għamel żmien misluf lil Cagliari u Genoa, fejn ħalla impressjoni tajba meta ngħata minuti konsistenti.
Huwa se jkun qed jittama li jkompli l-iżvilupp tiegħu u jżid xi saffi ġodda fil-logħba tiegħu fil-Bundesliga.