Tuesday, January 27, 2026

Luca Suda … b’esperjenza ġdida ma’ Liverpool Futsal

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħel lejn il-futsal?

Ġejt introdott għall-futsal fil-kampjonat taż-żgħażagħ ta’ taħt is-16-il sena, u wara l-ewwel ftit logħbiet tiegħi immedjatament kont naf li kienet xi ħaġa li ridt nieħu bis-serjetà fit-tul.

Ħa mmur dritt għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Liverpool Futsal?

Kont eċċitat ħafna li lgħabt l-ewwel logħba tiegħi għal Liverpool kontra Bolton, li bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. Kien test iebes, iżda kien mod tajjeb ħafna biex niġi introdott għall-kampjonat.

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Swieqi Futsal u dik mat-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena.

Fil-passat riċenti, irrappreżentajt lil Malta kemm fil-livell ta’ taħt is-17-il sena kif ukoll f’dak ta’ taħt id-19-il sena. Mat-tim nazzjonali, bdejt billi tgħallimt il-bażiċi u gradwalment żviluppajt fehim sħiħ tal-logħba. Wara l-kwalifikazzjonijiet Ewropej, mort nilgħab ma’ Swieqi Futsal.

Hemmhekk, komplejt insaħħaħ il-ħila teknika u l-għarfien tattiku tiegħi, u l-aktar importanti ksibt l-ewwel esperjenza tiegħi nilgħab f’ambjent ta’ tim anzjan. Swieqi għallimni wkoll kif nilgħab il-futsal billi nuża varjetà ta’ rotazzjonijiet u movimenti.

Kemm hu differenti l-livell tal-futsal fl-Ingilterra minn dak ta’ Malta?

L-istandard fil-futsal Ingliż tat-Tier One huwa għoli ħafna u jfakkarni fil-logħob kontra timijiet Maltin b’saħħithom bħal Luxol u l-Università ta’ Malta.

U xi ngħidu dwar ir-riżorsi u l-courts fejn titħarrġu u tikkompetu?

Il-court tat-taħriġ tagħna huwa pjuttost standard, imma wara li rajt logħba l-Ħadd li għadda bqajt impressjonat bil-kwalità tal-court tal-kompetizzjoni u nittama li l-bqija tal-istaġun jintlagħab fuq courts simili.

Kif qed tara l-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futsal?

Għall-futur prevedibbli, se niffoka fuq il-progress mal-Liverpool Futsal. Kieku staqsejtni din il-mistoqsija sena ilu, ma kontx inbassar dan il-pass, għalhekk huwa diffiċli li ngħid fejn se nkun fit-tul. Dak li naf hu li se nkompli nieħu opportunitajiet bħal dawn kull meta jiġu.

Għaddi messaġġ finali lil dawk li qed jaspiraw li jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futsal.

Inħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu opportunitajiet tajbin mingħajr eżitazzjoni u biex ikun proattiv fil-ħolqien ta’ opportunitajiet għalihom infushom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport