Iċ-champions Ġermaniżi Bayern Munich qed jaraw kif se jiltaqgħu mar-rappreżentant ta’ Lucas Hernandez sabiex ikun hemm ftehim u jġedded il-kuntratt eżistenti li jiskadi sena oħra.
Hernandez hu difensur ta’ 25 sena li jiġi ħu Theo li jilgħab ma’ AC Milan. Hu qed jiġi mħajjar sabiex iġedded il-ftehim sas-sena 2027 għalkemm hemm iċ-champions Franċiżi Paris St Germain għalih. Hu qed itella’ u jniżżel x’għandu jagħmel u kif se jkun il-futur tiegħu fil-jiem li ġejjin.