Id-difensur Franċiż, Lucas Hernandez, se jitlef il-kumplament tat-Tazza tad-Dinja wara li sofra injury f’irkopptu fir-rebħa ta’ 4-1 kontra l-Awstralja t-Tlieta filgħaxija.
It-team immexxi mill-coach, Didier Deschamps, dawwar telfa f’rebħa wara li l-Awstralja marru fil-vantaġġ kmieni fis-sitt minuta iżda ċ-champions renjanti ddominaw il-kumplament tal-logħba biex skorjaw erba’ darbiet permezz ta’ doppjetta minn Olivier Giroud u minn Adrien Rabiot u Kylian Mbappe.
Iżda fit-13-il minuta, il-Franċiżi ħadu daqqa ta’ ħarta meta Hernandez sofra b’injury f’irkopptu. Id-difensur ta’ Bayern Munich ġie sostitwit minn ħuh iż-żgħir Theo, li jilgħab ma’ AC Milan.
Sussegwentement Hernandez ġie eżaminat permezz ta’ MRI u rriżulta li sofra minn injury fil-ligament tal-irkoppa u se jibqa’ barra mill-azzjoni għal bosta xhur.