Lucas Torreira jinsab lest li jiffinalizza trasferiment permanenti ma’ Fiorentina mingħand Arsenal fl-2022.
L-internazzjonali tal-Urugwaj ma kienx jiġi utilizzat minn Mikel Arteta fl-Emirates Stadium u kellu wkoll perijodu ta’ self diżappuntanti ma’ Atletico Madrid l-istaġun li għadda.
Torreira minn dakinhar sar player regolari għal Fiorentina minn meta ngħaqad magħhom b’self matul is-sajf, fejn beda 14-il logħba tas-Serie A għall-Viola dan l-istaġun.
Issa, Fiorentina huma lesti li jeżerċitaw l-għażla tagħhom li jixtru lil Torreira wara l-esperjenza ta’ self impressjonanti tiegħu.
Arsenal se jirċievu madwar €15-il miljun mill-bejgħ tal-player ta’ 25 sena, li qabel kien lagħab ma’ Sampdoria fis-Serie A.
Torreira huwa lest li jħalli lill-Gunners wara li lagħab 89 darba bl-aħmar u abjad fil-kompetizzjonijiet kollha mill-2018, u rreġistra erba’ goals u sitt assists għall-club minn Londra.