Friday, January 30, 2026

Lucas Villela … b’esperjenza ġdida fil-Kuwajt

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdiet fit-tfulija, nieħu gost mal-ħbieb tiegħi.

Kif ġejt tilgħab f’Malta?

Hibernians kienu diġà wrew interess fil-futbol tiegħi, imma għall-ewwel ma kienx possibbli. Wara sitt xhur b’taħlita ta’ fatturi, iddeċidejt li naċċetta l-isfida.

Iddeskrivi l-esperjenza issa passata tiegħek ma’ Hibernians FC f’Malta.

Kienet sena ta’ ħafna tagħlim u ħafna ferħ, fejn iltqajt ma’ nies eċċellenti u kelli prestazzjoni sportiva li turi l-plejer li jien.

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol f’Malta?

Nemmen li peressli huwa pajjiż żgħir, huwa ta’ livell tajjeb ħafna. Naturalment, jista’ jitjieb, kemm tattikament kif ukoll f’termini ta’ organizzazzjoni tal-kompetizzjoni.

U fuq dak tar-riżorsi fejn kont titħarreġ u tilgħab il-logħb kompetittivi tiegħek ma’ Hibernians FC?

Huwa diffiċli li trid li t-timijiet kollha fuq gżira jkollhom stadium tagħhom, imma nemmen li l-minimu kien li jkun hemm biżżejjed stadia sabiex il-logħob ma jiġix ripetut fl-istess stadium, u b’hekk tiġi garantita l-manutenzjoni tal-pitch u kundizzjonijiet tajbin tal-logħob.

Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħi fil-Kuwajt?

Minkejja li ili hawn għal żmien qasir, kien mument kuntent ħafna. Minbarra l-futbol, ​​qed nitgħallem kulturá ġdida, b’ħarsa oħra lejn il-ħajja.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Ma naħsibx dwar futur imbiegħed … naħseb biss dwar li nipprepara ruħi sew fit-taħriġ. fosthom għal-logħba li jkun imiss, biex inkunu nistgħu ngħinu lit-tim jirbaħ u jiskorja l-gowls.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ success fil-futbol.

Il-futbol huwa dinja ta’ sagrifiċċji u inġustizzji, imma jekk tħobb il-futbol, ​​iddedika ruħek għall-massimu u emmen li se tasal hemm!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport