Hibernians u Lucas Villela qablu b’mod reċiproku li jħallu lil xulxin wara opportunità għall-plejer biex ikompli l-karriera tiegħu barra minn Malta.
Fi stqarrija, il-Pawlisti qalu li qatt ma kienet l-intenzjoni tal-klabb li jċedi lil Lucas, madankollu, l-offerta ppreżentata lilu kienet opportunità sinjifikanti u li biddlitlu ħajtu, u ħalliet ftit lok għal diskussjoni.
Huma komplew li filwaqt li l-klabb kien determinat li ma jostakolax l-iżvilupp u l-futur tiegħu, ħadem ukoll biex jissalvagwardja l-interessi tiegħu stess bl-aħjar mod possibbli matul il-proċess.
Hibernians FC irringrazzjaw lil Lucas għall-impenn, il-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tiegħu matul iż-żmien tiegħu ma’ Hibernians FC, filwqt li awgurawlu l-isbaħ xorti f’dan il-kapitlu ġdid tal-karriera tiegħu.
Sadanittant, il-klabb qed ifittex b’mod attiv sostitut adattat biex isaħħaħ l-iskwadra fil-futur.

